Għeżież membri tal-MUMN,
Għada l-Erbgħa intom mistiedna għall-party tak-MUMN. Hemm minnkom ma jridux imorru bi protesta.
Nappellalkom biex tmorru u tagħtu rigal lill-union li hija tagħkom u tagħkom biss mhux ta’ xi President skandaluż.
Agħtu rigal lill-union billi tattendu u tiddomandaw li jissejjaħ Annual General Meeting Staordinarju biex tiddiskutu s-sitwazzjoni imwegħra li ġab lill-union fiha Pawlu Pace u itolbu ir-riżenja immedjata tiegħu.
Intom jixirqilkom li tkunu tafu bl-allegati abbużi ta’ Pawlu Pace għax se jispiċċa iniżżel il-union miegħu.
Hu dritt tagħkom li tkunu tafu kif qed jiġu amministrati fluskom u li qatt ma sar abbuż minnhom.
Agħmlu pressjoni u itolbu għal laqgħa urġenti minnufih. Jannar jaf ikun tard wisq.