Dan is-sit jinsab infurmat li fl-uffiċċji ta’ Brussels u Strasburgu ngħataw struzzjonijiet biex kull ritratt li jistgħu ipoġġu lil Kurt Rizzo fil-viċinanzi ta’ Metsola u David Casa jitħassru mill-profili tal-media soċjali.
Madankollu dan l-eżerċizzju ma tantx jista’ jħalli frott għall-fatt li Kurt Rizzo jidher f’għexieren ta’ ritratti u filmati, spalla ma spalla ma Roberta Metsola.
Kurt Rizzo saħansitra huwa dak il-persuna responsabbli milli jagħlaq il-bieba tal-vettura ta’ Roberta Metsola meta din tkun fuq żjarat uffiċjali f’Malta.