Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li Kurt Rizzo huwa iben l-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo. John Rizzo huwa r-rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.
Il-Partit Laburista staqsa x’se tkun il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar dan u jekk jaħsibx li, quddiem dawn l-iżviluppi, il-pożizzjoni tiegħu fil-kariga għadhiex tenibbli?
Iżda kienet sorpriża għal ħafna li fl-istqarrija tal-Partit Laburista fl-ebda waqt ma ssemmiet Roberta Metsola.
Kurt Rizzo huwa Security Officer personali ma’ Roberta Metsola kull darba li tkun Malta. Huwa ċar kristall li Kurt Rizzo huwa l-aktar persuna fdata minn Metsola fejn tidħol is-sigurtà tagħha.
Għaldaqstant, il-Partit Laburista għandu jistaqsi wkoll dwar x’se tkun il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar Roberta Metsola.
Ma jistax ikun il-Partit Laburista jibqa’ jgħalaq ħalqu fejn jirrigwarda lil Roberta Metsola.
2 Comments
Sur Neville, jista’ jkun li l-PL qed jirriżerva l-munizzjon għal aktar tard f’dan il-każ. Int tidher li turi jdejk mill-ewwel li mhux dejjem tkun tattika tajba speċjalment ma’ sriep bħal dawn!!!!! Keep hammering at them Mr Neville.
https://www.rferl.org/a/ukraine-taurus-missile-eu-germany/33212972.html….sewwa qed tghid Nevile ghax lanqas fuq din il-link ma tkellmu. Il-media lokali, inkluz il-One ma semmewiex.