Minkejja l-ippuppar u l-preżunzjoni fuq l-programm Popolin fuq TVM, issa li qiegħed taħt pressjoni kbira biex jirriżenja, Joe Giglio pprova jiġbed is-simpatija tal-Laburist billi jbaxxi rasu u jammetti li meta lanqas kien jaf jimxi kien l-ex Deputat Laburist Jose Herrera li impjegah miegħu u ghamlu nies.
Minn meta ma baqax jaħdem ma Herrera, Joe Giglio pprova jaħdem u iġġieled ma Ħafna avukati. Dan is-sit diġà rrapporta kif wara li ma baqax jaħdem ma Herrera, Joe Giglio pprova jwaqaaf ditta legali ma Ian Spiteri Bailey imma dam mil-Milied sa San Stiefnu għax spiċċaw bi ġlied kbir.
Spiteri Bailey kien tah attakk tal-qalb bl-inkwiet li kellu ma Joe Giglio.
Joe Giglio mhux ma Spiteri Bailey biss iġġieled. Imma kollox f’ħinu.
Komplu segwu dan s-sit.