Jekk il-PL ma jitgħallimx se jerġa’ jġarrab

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Jekk il-PL ma jitgħallimx se jerġa’ jġarrab

Fost il-ħafna li kelmuni kien hemm Laburisti Ghawdxin li ilhom attivi fil-Partit Laburista minn ġuf ommhom.

 

Ilmentaw li meta dan l-aħħar kien hemm attività tal-Partit f’ Għawdex, huma kellhom ipoġġu bilqegħda fuq wara biex persuna prużuntuża li tfaċċat xahar ilu tpoġġiet fl-ewwel filliera.

 

Mela hekk sew. Nagħtu bis-sieq lis-suldati tal-azzar biex nħallu l-opportunisti jużaw il-Partit tagħna‼️

 

Jien m’għandi xejn kontra din il-persuna u lanqas biss nafha. Lanqas biss semmejt isimha. Saħansitra kien hemm persuni oħra li fl-aħħar sigħat affrontawni għaliex ħasbu li qed nirreferi għalihom.

 

Se nerġa nirrepeti. Merħba lil kulħadd fi ħdan il-Partit Laburista. Hekk sar qabel l-2013, baqa’ jsir sal-lum u hekk għandu jibqa’ jsir. Però kulħadd iżomm il-kju.

 

 

Ejja ma ninsewx lil dawk li ilhom snin twal joħorġu għonqhom għall-Partit. Fil-politika il-qawl Malti “il-musmar il-ġdid jaqla’ l-qadim” jista’ jkun fatali.

 

Merħba lil kulħadd ta’ rieda tajba. Iva. Però bħal kullimkien, jeżisti l-kju u għandu jiġi onorat.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *