Fil-politika issib min kollox, nies tajbin u ħżiena.
Issib min jidħol fil-politika biex jgħin lin-nies u ssib min jidħol biex javvanza l-ambizzjonijiet egoistici tiegħu jew tagħha.
Issib min jaċċetta l-kritika u jipprova jirranġa u jagħmel titjib u ssib min mal-iċken kritika jirvilla u jibda jwaħħal f’kulħadd barra fih nnifsu. Kulħadd għandu tort barra hu jew hi. Min mhux lest joqgħod għal kritika mhux postu fil-politika.
Issib nies iħobbu jivvintaw u jxewxu kultant anke kontra min ikun ġeneruż magħhom. Nies li jħobbu jxewxu bħala hobby. Dawn nies perikolużi.
Imma l-iktar nies perikolużi huma dawk li l-poter jitlagħlhom għal rashom. Jekk politiku l-poter jitlagħlu għal rasu wara diversi snin dak ħażin.
Però meta persuna jitlagħlha l-poter għal rasha meta tkun għadha lanqas bdiet dik tkun bniedma perikoluża ħafna.
Issa dawn l-kwalitajiet perikolużi rari ssibhom kollha f’persuna waħda.
Imma meta jkunu kollha f’persuna waħda tant ikunu ovvji għal kulħadd li lanqas jeħtieġ issemmi l-isem għax kulħadd jifhem għal min tkun ir-referenza!
Persuna hekk tkun perikoluża fil-politika.