Fill-Politika, il-Kwiet Mhux Risposta

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Fill-Politika, il-Kwiet Mhux Risposta

Il-Partit Laburista għandu juri snienu u jibda minnufih jitlob inkjesti fuq għadd ta’ Deputati Nazzjonalisti. Dan is-sit ilu xahar iħambaq li għandhom jiġu investigati Deputati bħal Stephen Spiteri, Joe Giglio u Toni Bezzina, Beppe Fenech Adami, Austin Gatt u anke Peter Agius.

 

 

Fil politika il-kwiet mhux risposta. Ġlieda tintrebaħ jekk tiġġieled mhux jekk toqgħod f’rokna tissawwat. Hekk qed jagħmel il-Partit Laburista, jissawwat kontinwament.

 

Illum se nagħmel mistoqsija sempliċi.

 

Possibbli ħadd mill-avukati viċin il-Partit Laburista m’għandu l-bajd jiftaħ inkjesta fuq wieħed minn dawn id-Deputati jew eks Deputati Nazzjonalisti?

 

Stephen Spiteri

 

Possibbli ħadd mill-Amministrazzjoni tal- Partit Laburista m’għandu l-ħeġġa li jagħmel pass ‘ il quddiem?

 

Sfortunatament għandna sitwazzjoni fejn il-Partit Laburista jaħseb li imbilli noħorġu Stqarrija jew tnejn kuljum qedgħin noħolqu bilanċ għall-attakki mill-avversarji politiċi.

 

Se nerġa ngħid; fil-verità qed nuru il-limitazzjonijiet tagħna, għaliex qed inkunu reattivi nistennew l-attakki ġejjin fuqna.

 


Jekk trid tirbaħ trid tattakka. L-aqwa difiża huwa l-attakk. Għadna fil-ħin.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *