Dan is-sit ilu xahar iħambaq li għandhom jiġu investigati Deputati bħal Stephen Spiteri, Joe Giglio u Toni Bezzina, Beppe Fenech Adami, Austin Gatt u anke Peter Agius.
Dan is-sit ippubblika diversi artikli jispjega għaliex għandhom jiġu investigati.
Sadanittant, l-avversarji tagħna baqgħu jiftħu inkjesta waħda wara l-oħra fuq Deputati Laburisti.
Iżda jidher li l-Partit Laburista mhux ta’ l-istess fehma. Il-PL mhux interessat li jinfetħu inkjesti fil-konfront ta Deputati Nazzjonalisti.
Bħal ma diġà għidt, fil-politika, il-kwiet mhux risposta. Anzi l-kwiet huwa ammissjoni li għandek x’taħbi.
Dan is-sit jistaqsi.
X’ qed iżomm lill-Partit Laburista milli jiftaħ inkjesti fil-konfront ta’ Deputati Nazzjonalisti?
Ma nagħmlux mod li hemm ċirkostanzi li aħna ma nafux bihom hux?
Għalissa nieqfu hawn.
2 Comments
Ghax ghandna prim ministru li izjed ihossu komdu jispara fuq niesu flok fuq l avversarji. Qisu jibza jagixxi. Qisu lahaq kompromess li jahseb ghalih biss u jhalli li niesu jgherqu.
dejjem jghid li ha jaghmel xi haga, paroli kemm trid u ma jaghmel xejn. qed isir l izjed bniedem irelevanti fil politika moderna maltija.
Bid-dovut rispett kull min ma mexxiex b’governanza tajba jrid jirrispondi. La kien kapaċi jieħu d-deċiżjoni għandu jkun kapaċi jiddefendiha. Il-poplu jistenna li dawk li huma fil-poter jagixxu kif mistenni, bi trasparenza u jkunu kontabbli. Trid issir distinzjoni netta bejn il-Partit Laburista u l-Gvern Laburista. Filwaqt li l-Partit għandu kull obbligu li jiddefendi li dawk li jsiru attakki nġusti kontrihom, min-naħa l-oħra, il-Gvern huwa obbligat li kull min hu fil-kabinett jew grupp parlamenti jaġixxi kif suppost. Naħseb li l-Partit Laburista għandu bżonn ikun aktar intelliġenti kif iwassal il-messaġġ tiegħu, juri li hu mhux il-partit tal-mibegħda u li għandu pjan għall-pajjiżi. L-oppożizzjoni la għandha pjan għall-pajjiż u lanqas tim ta’ nies li jispiraw fiduċja. Ħalla gruppi estremisti jmexxuh minn imnieħru u bil-kattiverja tagħhom u ser ixekkluh milli jimxi ‘l quddiem ma’ l-elettorat.