Nagħtu solidarjeta’ sħiħa tagħna lil Kunsilliera Laburista tas-Sannat, Maria Cassar Sultana, li għax esprimiet fehma sfat imħaġġra fil-pjazza ta’ dawk li jaħsbu li jifmhu f’ kollox.
Maria għandha dritt tal-liberta’ tal-espressjoni bħal ħaddieħor. Faħħret il-kultura Għawdxija u kkritikat lil hekk imsejjaħ Malta Rangers Unit, li ma hu xejn ħlief għaqda.
Din l-għaqda, immexxija mill-barranin, fosthom kandidata falluta, inqdiet b’ artiklu fit-Times miktub minn ġurnalist barrani biex tgħid li f’ Għawdex mall-ewwel ikunu jafu li waslu biex jispjunaw fuq il-kaċċaturi u nassaba. Dawn l-imħuħ żgħar qishom issa skoprew il-kultura ta’ gzejjer Mediterranji żgħar.
Aħna kontra kull illegalita’ u jekk qed isir xi ħaġa illegali għandhom jittiehdu passi. Iżda kif din l-għaqda tal-barranin msemmija qisha xi dipartiment tal-Pulizija għandhom dritt imorru Ghawdex u jaraw x’ qed jagħmlu l-kaccaturi, helk ukoll għandha dritt kunsilliera tgħid x’ taħseb.
Sfortunatament, tant sirna dgħajfa li xi ħadd ta’ parir żbaljat lil Maria li tħassar il-post. Is-Sindku żbalja meta ma ddefendihiex u l-Partit Laburista ma deher imkien.
Maria tibżax issemma leħen. Spiċċa ż-żmien tal-bullying.
Iżda biex nevita ħafna xogħol lil Cami Appelgren biex tittraduċi ngħidilha hekk:
Well done for your work in favour of the environment. But do step down from the high horse you are on. You have the right to criticise others but others also have the right to criticize you without being bullied.
3 Comments
Well said Neville, keep up the good work.
Din ghada ohra forcina tal Bird life Malta u BL hija forcina tal pn ghal min ma nafx.
Grazzi Neville kompli ifthilna ghajnejna.