Sur Prim Ministru,
Hekk kif resqin lejn il-Festa tal-Indipendenza, wieħed ma jistax ma jiftakarx illi fid-data tal-21 ta’ Settembru 1964, Il-Kostituzzjoni ta’ Malta attwali ġiet adottata bħala ordni legali.
Għaldaqstant din is-sena se nkunu qed niċċelebraw is-sittin anniversarju mill-adozzjoni tal-Kostituzzjoni.
Qed nissuġġerixxi emenda kostituzzjonali;
Li persuna tista’ tiġi co-opted darba biss.
Ejja nirrispettaw r-rieda tal-elettorat. Co-options għandhom ikunu biss eċċezzjoni. Li persuna tiġi co-opted darbtejn tista’ tagħmel pressjoni żejda fuq il-persuna, li twassal għal problemi ta’ saħħa.
Jekk persuna kkontestat elezzjoni u ma ġietx eletta, ġiet co-opted u wara reġgħet ikkontestat u reġgħet ma telgħetx, ifisser li l-elettorat m’għandux pjaċir biha.
Ifisser li forsi anke l-persuna stess m’ghandiex kwalitajiet biżżejjed għal dik il-kariga u allura għax timlieha bi stress?
Imbagħad rajtu x’ġara meta persuna timtela’ stress!
Għaldaqstant qed nissuġġerixxi tidħol regola fil-Kostituzzjoni, li persuna ma tistax tiġi co-opted darbtejn.
Ejja nirrispettaw r-rieda tal-elettorat sovran.
Se nistaqsik qabel ma nagħlaq; Prim Ministru sew qed nisma’ li għandek hsieb li dalwaqt tikoptja xi ħadd li diġà kkoptjajt?