Search
Close this search box.

Persuna tista tigi co-opted fil-Parlament darba biss

Neville Gafa

~ 3 months ago

Persuna tista tigi co-opted fil-Parlament darba biss

Sur Prim Ministru,

 

Hekk kif resqin lejn il-Festa tal-Indipendenza, wieħed ma jistax ma jiftakarx illi fid-data tal-21 ta’ Settembru 1964, Il-Kostituzzjoni ta’ Malta attwali ġiet adottata bħala ordni legali.

 

Għaldaqstant din is-sena se nkunu qed niċċelebraw is-sittin anniversarju mill-adozzjoni tal-Kostituzzjoni.

 

 

Qed nissuġġerixxi emenda kostituzzjonali;

 

Li persuna tista’ tiġi co-opted darba biss.

 

Ejja nirrispettaw r-rieda tal-elettorat. Co-options għandhom ikunu biss eċċezzjoni. Li persuna tiġi co-opted darbtejn tista’ tagħmel pressjoni żejda fuq il-persuna, li twassal għal problemi ta’ saħħa.

 

Jekk persuna kkontestat elezzjoni u ma ġietx eletta, ġiet co-opted u wara reġgħet ikkontestat u reġgħet ma telgħetx, ifisser li l-elettorat m’għandux  pjaċir biha.

 

Ifisser li forsi anke l-persuna stess m’ghandiex kwalitajiet biżżejjed għal dik il-kariga u allura għax timlieha bi stress?

 

Imbagħad rajtu x’ġara meta persuna timtela’ stress!

 

Għaldaqstant qed nissuġġerixxi tidħol regola fil-Kostituzzjoni, li persuna ma tistax tiġi co-opted darbtejn.

 

Ejja nirrispettaw r-rieda tal-elettorat sovran.

 

Se nistaqsik qabel ma nagħlaq; Prim Ministru sew qed nisma’ li għandek hsieb li dalwaqt tikoptja xi ħadd li diġà kkoptjajt?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *