In-Nazzjonalisti kienu kontra l-finanzjament pubbliku tal-partiti meta sal-2013 kienu għadhom fil-Gvern.
L-idea tagħhom kien li jfallu l-Labour.
Iżda mbagħad aħna daħħalna struttura ta’ Kap Eżekuttiv. L-għan kien li jitnaqqsu l-ispejjeż u fl-istess waqt jiżdied il-volontarjat.
Sadanittant, il-Partit Nazzjonalista baqa’ jirkeb fuq l-iskuża li l-affarijiet jieħdu ż-żmien dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet finanzjarji biex ma jibqax jikser il-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti.
Infakkru li l-Partit Nazzjonalista baqa’ qatt ma ppreżenta l-kontijiet finanzjarji annwali tiegħu mindu Bernard Grech laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista f’Ottubru tal-2020.