Prim Ministru,
Issa li l-btala fl-Istati Uniti kważi waslet fi tmiemha, se nerġa’ nfakkrek dwar dak li staqsejtek ġimgħa ilu.
Huwa minnu dak li ġew jgħidulu Membri tal-Grupp Parlamentari, li għandek ħsieb li tikoptja xi ħadd li diġà kont ikkoptjajt?
Se nerġa’ nfakkrek li se ssib reżistenza interna. Tibqax tarmi l-Laburisti. Ftakar li hemm ruxxmata kandidati li ma ġewx eletti bi żblixx. Mhux sew li jitwarrbu.
Tibqax twebbes rasek. Ġib l-interess tal-partit u l-pajjiż u rrispetta r-rieda tal-elettorat sovran, u mhux moħħok kif se taqdi l-interessi tiegħek.