Għadni kemm qrajt artiklu fuq One News bit-titlu “IR-RETORIKA TAL-PN DWAR L-ISPTARIJIET IMGIDDBA FL-ESTIMI TAL-BAĠIT 2025″
L-ewwel reazzjoni tiegħi kienet jekk hux minnu li qed insegwi n-news portal ta’ ONE News. Għax għal raġunijiet li jafuhom huma biss, qatt ma ndenjaw jippubblikaw artiklu simili.
L-artiklu jgħid li “Waqt li l-Partit Nazzjonalista ilu jtambar b’mod infinit l-allegazzjoni li l-poplu Malti u Għawdxi nsteraq xi €400 miljun fil-konċessjoni li l-Gvern ta għat-tliet sptarijiet, l-estimi finanzjarji uffiċjali ppreżentati fid-diskors tal-Baġit 2025 jagħtu l-istampa kompletament l-oppost.”
Prosit One News. Fl-aħħar stenbaħtu minn raqda twila.
Mehmuż l-artiklu relatat.
https://one.com.mt/ir-retorika-tal-pn-dwar-l-isptarijiet-imgiddba-fl-estimi-tal-bagit-2025/
1 Comment
The Real Person!
The Real Person!
Bis-sahha tieghek stenbhu prosit int