Tafu li ma nżommx hajta f’ ilsieni.
Naħseb dalghodu ħafna jistennewni noħroġ bi kritika b’ saħħitha minħabba r-riżultat tas-survey tal-Malta Today.
Jien konsistenti u mhux se nagħmel hekk.
Kif kien spjega b’ mod edukat Professor Vince Marmara, huwa ċar li hemm problema fil-metodu ta’ dan kif qed isir dan is-survey. Id-darba l-oħra, ftit wara li ħareġ survey simili tal-Malta Today kien ħareġ wieħed bil-maqlub ta’ Professor Marmara. Ma kienx xi sabiħ lanqas imma lilu nafda u mhux lil Salvu Balzan.
Jien mhux bħal dawk l-imsieken li bellawilhom li f’ ġimgħatejn ma nafx kemm qalu li żidna voti. Iżda lanqas jien prużuntuż li daqqa ngħid ħaġa u daqqa oħra skond kif jaqbilli.
Li naf huwa li d-darba l-oħra Malta Today tat Labour minn taħt (Professor Marmara tah minn fuq) u issa qed tgħid ras imb ras. Ċaqliqa favur il-Partit Laburista minħabba l-budget u minkejja l-istorbju kollu.
Għalhekk nagħżel li nistenna is-survey ta’ Vince Marmara. Tajjeb jew ħażin se ngħid li għandi ngħid.
1 Comment
The Real Person!
The Real Person!
Nemmen hafna, li l- PL holoq fracture qawwija ma certu segments fis- socjeta li difficli biex jerga jgib il- fiducja. Tilef il – momentum li bena Joseph Muscat u minhabba in – nuqqas ta spejagazjoni dahal f’damage control
mode. Tisma il – PM u l- ministru tal – finanzi ma tantx jaghtuk kuragg, dejjem qishom problem solving. Xejn inspiring anzi jghidulek hares barra min Malta jekk trid. Naqbel hafna ma dak li qal Jason Micallef fuq tas- Sigma. Mhux ta b xejn il fuq min 70% tan- negozji maltin ma jridux jew jhossu li m hemmx ghalfejn jinvestu. U l – PN no comment.