Tafu li ma nżommx hajta f’ ilsieni.
Naħseb dalghodu ħafna jistennewni noħroġ bi kritika b’ saħħitha minħabba r-riżultat tas-survey tal-Malta Today.
Jien konsistenti u mhux se nagħmel hekk.
Kif kien spjega b’ mod edukat Professor Vince Marmara, huwa ċar li hemm problema fil-metodu ta’ dan kif qed isir dan is-survey. Id-darba l-oħra, ftit wara li ħareġ survey simili tal-Malta Today kien ħareġ wieħed bil-maqlub ta’ Professor Marmara. Ma kienx xi sabiħ lanqas imma lilu nafda u mhux lil Salvu Balzan.
Jien mhux bħal dawk l-imsieken li bellawilhom li f’ ġimgħatejn ma nafx kemm qalu li żidna voti. Iżda lanqas jien prużuntuż li daqqa ngħid ħaġa u daqqa oħra skond kif jaqbilli.
Li naf huwa li d-darba l-oħra Malta Today tat Labour minn taħt (Professor Marmara tah minn fuq) u issa qed tgħid ras imb ras. Ċaqliqa favur il-Partit Laburista minħabba l-budget u minkejja l-istorbju kollu.
Għalhekk nagħżel li nistenna is-survey ta’ Vince Marmara. Tajjeb jew ħażin se ngħid li għandi ngħid.
2 Comments
Nemmen hafna, li l- PL holoq fracture qawwija ma certu segments fis- socjeta li difficli biex jerga jgib il- fiducja. Tilef il – momentum li bena Joseph Muscat u minhabba in – nuqqas ta spejagazjoni dahal f’damage control
mode. Tisma il – PM u l- ministru tal – finanzi ma tantx jaghtuk kuragg, dejjem qishom problem solving. Xejn inspiring anzi jghidulek hares barra min Malta jekk trid. Naqbel hafna ma dak li qal Jason Micallef fuq tas- Sigma. Mhux ta b xejn il fuq min 70% tan- negozji maltin ma jridux jew jhossu li m hemmx ghalfejn jinvestu. U l – PN no comment.
Il-problema hija li l-partit ma jridx jiehu certa decizjonijiet bis – serjeta,
1, fuq it – traffiku,
Azzjoni, taz zibel irid jghidilhom u jaghamila b’ligi li jibda jingabar mis seba ta filghaxija il quddiem,
Azzjoni min ma juzax it transport ta l-iskejjel b’xejn tibda tinhareg multa,
Azzjoni biex dawn ta delivery jew jqasmu il prodotti sa qabel 530 am jew wara 19:30 il quddiem sa filghodu.
Azzjoni biex dan l-swiper johrog bil lejl u mhux mal gurnata.
Azzjoni dawn li jaghamlu zebghadt tal linji gwida tat toroq jibda jsir bil lejl,
Azzjoni dawn li jsaqqu u land scaping bil lejl.
Programmi fuq l-unika media favur il partit trid tbda tintuza sew tipo pjazza back on, u programmi ohrajn fuq il politika wara l-ahbarijiet darba, darbtejn fil gimgha, u nhalli lil pubbliku jcempel halli tinstema kull wega, u wara tittiehed azzjoni,
Programmi fuq il budget li ghadda u li gejjin fejn issir spjegazzjoni fuq kull qasam li jkun intqal waqt il qari ta kull badget,
Azzjoni fuq dawn tal kostruzzjoni, rigward it toghbija li jaghabbuil barra mil kaxxi ta trukkijiet tahhom.
Azzjoni lil dawn li minghalijhom ma jista hadt ghallijhom u jaghbbu bladocc, umbaghad tarahhom ghaddejjin u daqa jwaqqaw l-hemm u daqqa l-hawn imbaraz ma l-art tipo bicciet tal gypsum, plastic, etc etc,
Irridu jihraxu il multi u citazzjonijiet galore halli jibdew jobdu.
Din tal qrati qeghda iddejjaq hafna u hafna nies, dan xigifieri bhall dan il king ghadu jiggri hawn ma saqajna, jew xigifieri takkuza lil xi hadd u min jakkuza ma jgibx il provi u l-provi irid igibhom min ikun akkuzat,
Jew xigifieri tithassar evidenza minfuq il-laptop ta galizia mil familjari u ma jigux arrestati, dan att kriminali, jew il magistrat ma taghtiex ordni biex dan jingabar.
Jew ohra din ir russa ma tinstab imkien alla jbierek min habba ta l-egrant,
I’m sorry dawn irid il poplu biex nerbhu ghax il bqija sa nitilfu dak kollu li ksibna.