Il-Wild Birds Regulation Unit (WBRU) għandu rwol importanti fil-qafas regolatorju u ambjentali ta’ Malta. Ir-responsabbiltà tiegħu tmur ferm lil hinn mill-ħruġ tal-liċenzji tal-kaċċa. Din l-entità hija l-awtorità li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ Malta relatati mal-protezzjoni tal-għasafar slavaġ, ir-regolamentazzjoni tal-kaċċa u l-insib, kif ukoll il-kontroll tal-konservazzjoni. L-obbligu tal-WBRU huwa li iżomm bilanċ bejn it-tradizzjoni, il-konservazzjoni, […]
Il-Partit Nazzjonalista sofra r-raba’ telfa konsekuttiva fl-elezzjoni ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2026. Wara tlettax-il sena fl-Oppożizzjoni, il-qagħda tal-PN wara din l-elezzjoni titlob mhux biss evalwazzjoni politika, iżda riflessjoni profonda dwar it-tiġdid li qatt ma seħħ. Telfiet elettorali ripetuti huma eżami għal kull partit politiku dwar il-kapaċità li jikkonfronta realtajiet skomdi mingħajr ma jaqa’ fl-awtoġustifikazzjoni. […]
Bħala omm ma nistax ma nikkummentax fuq il-kummenti li saru dwar it-tmiem ta’ tqala wara dijanjosi ta’ Down syndrome. Nifhem li kull familja tiffaċċja deċiżjonijiet diffiċli u personali. Iżda meta Down syndrome jiġi deskritt bħala “problema”, “piż” jew xi ħaġa li għandha tiġi evitata, dan iweġġa’ mhux biss lill-persuni b’Down syndrome, iżda wkoll lill-familji […]