Wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment ta’ pajjiżna kien hemm min għorok idejh u prova jiskorja ftit punti politiċi, mingħajr ma qies l-istampa kollha. Programm li minnu irnexxielna niġġeneraw aktar minn €1.4 biljun bħala dħul dirett għal pajjiżna li marru fil-Fond Soċjali tal-Iżvilupp Nazzjonali u l-Fond Konsolidat. Fondi li ġew investiti […]
Nagħmel riferenza għad-deċiżjoni li tat il-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeja fuq il-Programm ta’ Malta Dwar iċ-Ċittadinanza B’Investiment. M’hemmx dubju li din kienet deċiżjoni POLITIKA U M’HUX ĠURIDIKA fil-konfront ta’ Malta! Meta kien hemm Opinjoni b’saħħitha mill-aspett legali u ġuridiku tal-Avukat Ġenerali Collins li tat raġun bil-kbir lill-pożizzjoni ta’ Malta, f’każijiet simili, il-Qorti tal-Ġustizzja […]
Fl-għażla tal-membri tal-bank tal-Ġudikatura, bix-xogħol li twettaq fis-sena 2020 mill-PM Robert Abela u Edward Zammit Lewis, il-President ingħata poter dirett għall-ewwel darba li, wara li jingħata rakkomandazzjoni mill-‘Judicial Apponitments Committe’, hija tagħżel dawn il-membri. M’għandix dubbju li l-President preżenti għamlet dan b’għaqal, li hija magħrufa għalih. Iżda issa l-mument tal-prova li titkellem […]