Il-Gvern iffirma ftehim li permezz tiegħu se jiġi stabbilit qafas ġdid u kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba għall-Uffiċjali tal-Infurzar fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER). L-iffirmar, li ġie ppresedut mis-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, jirrappreżenta pass important biex jissaħħu l-istrutturi ta’ infurzar fis-suq tax-xogħol Malti u biex jingħata aktar appoġġ lill-ħidma speċjalizzata mwettqa mill-uffiċjali tad-Dipartiment. […]
Iż-żieda fl-eko-kontribuzzjoni fl-2026 se tiżgura aktar investimenti infrastrutturali fiż-żoni turistiċi Ix-xogħlijiet tar-riġenerazzjoni tal-pjazza ewlenija ta’ Buġibba u l-inħawi madwarha qed javvanzaw b’ritmu mgħaġġel, hekk kif il-biċċa l-kbira tal-istrutturi taħt l-art u s-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi utilitarji daqt jitlestew, filwaqt li x-xogħlijiet finali fil-livell tat-triq għaddejjin ġmielhom ukoll. […]
Il-bieraħ sar it-tieni Kumitat Parlamentari tal-verifika fir-rigward tal-proċess tal-waivers tal-Fortina fejn ħareġ ċar li l-valutazzjoni li suppost kienet ta’ 23miljun, fil-fatt kellha tkun 8.2 miljuni. Mill-ewwel review tal-valuation tad-ditta tal-awdituri, jirriżulta li t-team tekniku tal-Awtorità tal-Artijiet ġibed l-attenzjoni għal madwar 25 ineżattezza f’din il-valutazzjoni. Ic-CEO tal-Awtorità tal-Artijiet elenka kif meta jiġi applikat il-mudell tekniku […]