Ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kien messaġġ qawwi li l-Eżekuttiv mhux jisma’ lin-nies. Mhux talli ma kienitx rebħa soda, talli kien messaġġ sod kontra l-arroganza tal-Gvern Laburista. Jeħtieġ li l-Ministri u Segretarji Parlamentari jibdlu l-mod ta’ kif iħarsu lejn il-kritika. Tibqgħux tiddejqu mill-kritika. Tibqgħux tieħdu għalikom jekk xi ħadd jilmenta u jsemmikom fuq il-mezzi soċjali. […]
Onor. Jonathan Attard Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni. Onor. Attard, Ippermettili nirrikorri għalik dwar dak li hu għaddej relatat mal-każ ta’ estradizzjoni ta’ Daniel Meli. Qed nikteb lilek għaliex nemmen fil-kompitu ta’ Ministru għall-Ġustizzja għandek l-għażliet legali neċessarja li jwassluk tiddefendi d-drittjiet fundamentali ta’ Daniel Meli. Meta wieħed jindaga ftit dwar […]
Randolph De Battista jħabbar ir-riżenja tiegħu mir-rwol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Ħaġa tal-iskantament kif anke fi stqarrija tar-riżenja għażel li jqarraq bil-Laburisti meta pprova jaghti l-impressjoni li ilu mit-2019 f’dan l-irwol. Randolph De Battista konvenjentement nesa’ jgħid li kien twaqqaf minn Robert Abela ftit wara l-ħatra tiegħu ta’ Mexxej Laburista. Kien wara […]