Minn informazzjoni kunfidenzjali minn ġewwa l-korp tal-Pulizija kulħadd jgħid li PC Clive Mallia għandu ilsienu twil u jħobb jiżżufjetta bin-nies verbalment u anki b’ ġesti. Jidher li s-Superjuri tiegħu dawk preżenti u speċjalment dawk passati kemm il-darba widdbuh u mhux ċert jekk ġiex irrapurtat. Kollegi tiegħu qalu man-nies li jħobb jiskarta mix-xogħol […]
Qed ngħid dan kollu mhux b’ inkejja jew b’ mibgħeda. Lil Robert Abela nirrispettah u kellimtu wiċċ imb’ wiċċ. X’ għidna jibqa’ bejnietna għax hekk titlob l-irġulija. Jekk nibqgħu sejrin hekk, il-Partit Laburista se jitlef l-elezzjoni jew jirbaħ bi żblixx u jkollna Gvern bla sinsla kif kien ta’ Gonzi fl-2008. Dan il-kliem […]
Sal-elezzjoni tal-2022, Robert Abela kien sejjer tajjeb bis-saħħa tal-Covid. Xogħlu kien biss li jonfoq il-flus li sab biex kulħadd jibqa’ komdu fi żmien il-pandemija. Fiha l-għerf ukoll! Dak kien żmien meta Charmaine Gauci kienet qisha l-oraklu b’ kulħadd isegwiha filwaqt li llum lanqas niftakru min hi. Kieku kellu jkun […]