Il-Gvern, kif jagħmel dejjem dejjem, ħareġ sejħa għal Imħallef fil-Qorti Ewropea. Taħt Gvern Laburista inħatru Dr. Ramona Frendo u Prof Peter Xuereb wara li għaddew mill-istess process. Din id-darba ngħażel Dr Edward Zammit Lewis. Kull darba japplika biex jilħaq ċertu Jacques Rene Zammit izda kull darba ma jingħażel. Imbagħad irewwaħ minn taħt. […]
Innutajt xi ħaġa interessanti. Rajt artiklu tal-Malta Today dwar żvilupp li miktub b’ingwanti tal-ħarir. Saħansitra taħt it-titlu jagħtu verżjoni tal-iżviluppatur. Fl-artiklu hemm kwotazzjonijiet mill-iżviluppatur kemm se jirrispetta l-ambjent. Nieħu pjaċir jekk din hija l-attitudni ġdida tal-Malta Today li jagħtu kulħadd jgħid tiegħu u mhux ipinġu lill-iżvilupp kollu fl-istess keffa. Nittama li […]
Lill-Bord tad-Diretturi ta’ ONE. Lkoll naqblu li l-governanza tajba għandha tibda minn fuq. Nistgħu nkunu nafu meta tlaqqa’ l-aħħar il-Bord? Nistgħu nkunu nafu kemm hemm djun, dejjem jekk hemm? Napprezza tweġibiet illum.