Dan is-sit se jkun qed jelabora f’aktar dettal dwar Steve Ellul u l-interessi tiegħu. Sadanittant, għaddew diversi sigħat minn x’ ħin bgħatna mistoqsijiet lil Steve Ellul, però baqa’ ma weġibx. Infakkrukom Steve Ellul huwa l-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta. L-Aġenzija taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Chris Bonett.
L-Avukat Ġenerali mhux biss qabbdet lin-Nazzjonalist James D’ Agostino fil-kawża tar-rikuża tal-Magistrat Gabriella Vella, iżda għażlet Nazzjonalist ieħor tal-qalba biex imexxi l-Prosekuzzjoni fil-każ tal-isptarijiet. Dan hu Dr Francesco Refalo li diga’ awgurajnilu għat-tieġ tiegħu fejn kellu bħala bestman lil iben id-Deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dr Refalo beda l-ewwel seduti b’ botti politiċi kontra […]
L-Avukat General qabbdet wieħed mill-aktar avukati jobgħodu lil Partit Laburista biex jidher f’ isimha fil-kawża biex titneħħa l-Maġistrat Gabriella Vella. F’ kull seduta moħħu biex jgħaddi rimarki politiċi kontra Dr Joseph Muscat. Fis-seduta ta’ din il-ġimgħa, dan Dr James D’ Agostino saħansitra qagħad jieħu pjaċir jisma’ lil Dr Jason Azzopardi jattakka lil Prim […]