Il-bieraħ sar it-tieni Kumitat Parlamentari tal-verifika fir-rigward tal-proċess tal-waivers tal-Fortina fejn ħareġ ċar li l-valutazzjoni li suppost kienet ta’ 23miljun, fil-fatt kellha tkun 8.2 miljuni. Mill-ewwel review tal-valuation tad-ditta tal-awdituri, jirriżulta li t-team tekniku tal-Awtorità tal-Artijiet ġibed l-attenzjoni għal madwar 25 ineżattezza f’din il-valutazzjoni. Ic-CEO tal-Awtorità tal-Artijiet elenka kif meta jiġi applikat il-mudell tekniku […]
Iċ-Ċentru Globali dwar il-Monitoraġġ tas-Sanzjonijiet Marittimi (GCMSM), ibbażat fil-Belt Valletta, flimkien mal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar id-Droga u l-Kriminalità (UNODC), qed ilaqqgħu għall-ewwel darba il-Laqgħa tal-Uffiċjali għall-Konformità tar-Reġistri Marittimi, din il-ġimgħa, f’Malta. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg u l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett […]
Il-miżuri se jidħlu fis-seħħ b’mod ħolistiku fl-1 ta’ Jannar 2026 Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, ħabbar pakkett ta’ miżuri soċjali intiżi li jkunu ta’ sostenn għall-familji, primarjament għall-ġenituri prospettivi li jgħaddu minn korriment tat-tqala jew meta ġenituri jitilfu wlied minuri. F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Ellul ħabbar illi dawn il-miżuri kollha […]