L-attitudni li jħallu kollox jgħaddi bdiet fil-kawża li Dr. Adrian Delia fetaħ dwar il-kuntratt tal-isptarijiet. L-Avukat tal-Istat għamel sentejn lanqas jiftaħ ħalqu biex jiddefendi deċiżjoni tal-Istat Malti. Tad-daħk kienet li ma kellu xejn xi jgħid. Min tah struzzjonijiet jibqa’ ħalqu magħluq? Kienet komda għal hafna nies li mingħalihom joqgħodu kwieti […]
Il-biża u l-attitudni ċassa li l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat jieħdu meta ffaċċjati minn Repubblika hija mhux biss inspjegabbli iżda weġġħet u se tkompli tweġġa’ lil Gvern. L-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat immobilizzati bil-biża għax jibżgħu li Repubblika jikkritikawhom. Ma ġara xejn. Nikkritikawhom aħna issa, għax leħen bħal ħaddieħor għandna.
Illum ha niddedika jum sħiħ lill-Avukat tal-Istat u lil Avukat Ġenerali. Kemm għandi xi ngħid dwar min baqa’ b’ ħalqu magħluq u ċass. Sur Avukat tal-Istat u Sinjura Avukat Ġenerali segwuni fis-sigħat li ġejjin.