Matul l-aħħar jiem, kienu bosta ‘news portals’ li tkellmu dwar il-każ ta’ Daniel Meli. Saħansitra taw spazju għal intervisti mal-ġenituri ta’ Daniel. Ġest li kull familja apprezzat. Fatt stramb kif sa issa il-Partit Nazzjonalista ma nstab imkien dwar dan il-każ. Żgur mhux għaliex ma jridx jindaħal jew jinfluwenza b’xi mod lill-Qrati tal-Ġustizzja. Kulħadd jaf […]
Ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kien messaġġ qawwi li l-Eżekuttiv mhux jisma’ lin-nies. Mhux talli ma kienitx rebħa soda, talli kien messaġġ sod kontra l-arroganza tal-Gvern Laburista. Jeħtieġ li l-Ministri u Segretarji Parlamentari jibdlu l-mod ta’ kif iħarsu lejn il-kritika. Tibqgħux tiddejqu mill-kritika. Tibqgħux tieħdu għalikom jekk xi ħadd jilmenta u jsemmikom fuq il-mezzi soċjali. […]
Onor. Jonathan Attard Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni. Onor. Attard, Ippermettili nirrikorri għalik dwar dak li hu għaddej relatat mal-każ ta’ estradizzjoni ta’ Daniel Meli. Qed nikteb lilek għaliex nemmen fil-kompitu ta’ Ministru għall-Ġustizzja għandek l-għażliet legali neċessarja li jwassluk tiddefendi d-drittjiet fundamentali ta’ Daniel Meli. Meta wieħed jindaga ftit dwar […]