Net News irrapporta kif l-Eks Kummissarju Ewropew u Eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Tonio Borg ippreżenta kopja tal-ktieb The Constitution at Sixty lill-Professur Augusto Barbera, il-President tal-Qorti Kostituzzjonali Taljana. Dan il-ktieb jittratta dwar is-60 sena ta’ Kostuzzjoni Maltija, kostituzzjoni li minn meta pajjiżna kiseb l-Indipendenza ftit li xejn inbidel minnha, daqslikieku ffriżat maż-żminijiet. […]
Il-Gvern, kif jagħmel dejjem dejjem, ħareġ sejħa għal Imħallef fil-Qorti Ewropea. Taħt Gvern Laburista inħatru Dr. Ramona Frendo u Prof Peter Xuereb wara li għaddew mill-istess process. Din id-darba ngħażel Dr Edward Zammit Lewis. Kull darba japplika biex jilħaq ċertu Jacques Rene Zammit izda kull darba ma jingħażel. Imbagħad irewwaħ minn taħt. […]
Innutajt xi ħaġa interessanti. Rajt artiklu tal-Malta Today dwar żvilupp li miktub b’ingwanti tal-ħarir. Saħansitra taħt it-titlu jagħtu verżjoni tal-iżviluppatur. Fl-artiklu hemm kwotazzjonijiet mill-iżviluppatur kemm se jirrispetta l-ambjent. Nieħu pjaċir jekk din hija l-attitudni ġdida tal-Malta Today li jagħtu kulħadd jgħid tiegħu u mhux ipinġu lill-iżvilupp kollu fl-istess keffa. Nittama li […]