Lill-Bord tad-Diretturi ta’ ONE. Lkoll naqblu li l-governanza tajba għandha tibda minn fuq. Nistgħu nkunu nafu meta tlaqqa’ l-aħħar il-Bord? Nistgħu nkunu nafu kemm hemm djun, dejjem jekk hemm? Napprezza tweġibiet illum.
Sur Manuel Delia, Għandi xi mistoqsijiet għalik. Għaliex ma jistax ikun li ħadd ma jazzarda jitkellem jew jikteb dwarek, inkluż il-Partit Laburista. Int dejjem tgħajjat dwar it-trasparenza tal-politiċi. Dejjem trid tkun taf kollox dwar kulħadd. Naqblu li għandu jkun hemm trasparenza mill-politiċi. Iżda nippretendi wkoll li għandu jkun hemm trasparenza anke mill-ġurnalisti. […]
Meta kompliet tinstema l-kawża dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet, Mario Galea, l-eks Kap Ezekuttiv tal-Malta Enterprise tkellem dwar l-iskola medika ta’ Barts li bdiet topera f’Għawdex wara l-2013. Is-Sur Galea stqarr li n-negozjati biex jinġieb dan l-investiment damu għaddejjin sentejn. Kompla jgħid li permezz ta’ Barts illum hemm 300 student minn madwar id-dinja jistudjaw u jaħdmu […]