Wara s-survey diżastru tal-Ħadd li għadda, ma naqsitx l-ispekulazzjoni dwar it-tneħħija imminenti ta’ Bernard Grech minn Kap tal-Partit BFA. Iżda lil hinn minn hekk, id-deċiżjoni dwar jekk jibqax Kap jew le hija prerogattiva ta’ familja Kalkariża; il-familja Fenech Adami. U d-deċiżjoni ttieħdet. Bernard Grech se jibqa’ fil-kmand sal-elezzjoni ġenerali. Għax b’Bernard Grech komdi. […]
L-espert tal-Qorti u tad-dwiefer Keith Cutajar ilu aktar minn ġimgħa biex iwieġeb mistoqsijiet tagħna. Nies viċin tiegħu qalulna li Keith Cutajar jitwaħħax mill- media u panikuż meta jkun taħt il-lenti. Mil-lum se nkomplu nesponu min hu dan Keith Cutajar li issa ħa l-fama bħala dak l-espert li jisparixxu l-laptops f’inkjesti li jkun involut fihom. […]
Fil-jiem li għaddew, Net News tkażaw kemm felħu għaliex dan is-sit huwa voċiferu fil-konfront tal-Eks Imħallef, Il-puppatur Joe Zammit McKeon. Madankollu, nixtieq inserraħ ras Net News li aħna se nkomplu għaddejjin bl-aġenda tagħna, fosthom li nibqgħu nikkritikaw bla waqfien lid-Defnist Joe Zammit McKeon. Mhux hekk biss, se nkunu qed nesponu lil dan il-puppatur. […]