Il-bieraħ il-Prim Imħallef ordna li jittieħdu passi kontra avukat ewlieni u li dan jitessaq il-qorti. Il-Pulizija kienu mistenna jressquh b’ arrest iżda għal xi raġuni dan ma seħħx. Minflok se jitressaq b’ ċitazzjoni. Il-ġurnalisti li ssoltu jkunu jafu kollox baqgħu ħalaqhom magħluq minkejja li l-Qorti kulħadd kien qed jitkellem dwar hekk. […]
Illum l-Erbgħa 4 ta’ Diċembru fil-5am mort il-Belt fuq l-monument tal-Assedju u poġġejt messaġġ dirett lil OSCE li se jitlaqqa’ f’pajjiżna għada l-Ħamis u l-Ġimgħa. Aħna kburin bil-Ministru Ian Borg li jmexxi l-OSCE. Ian Borg huwa ministru Laburist li madwar d-dinja kollha jagħmilna kburin li Maltin. Statura, karattru u kariżma immensi. Imma […]
Solidarjeta’ sħiħa ma’ Dr Edward Zammit Lewis. Avukat u politiku kapaċi li sar l-aħħar vittma tal- mibgħeda tan-Nazzjonalisti u Repubblika. Dan kollu għax Laburist. Tinkwetax Dr Zammit Lewis. Għadda mill-istess imrar Dr Toni Abela qablek. Iżda kulhadd jaf x’ nies intom.