Jekk tabib jiżbalja hemm l-Medical Council li jista’ jeħodlu l-warrant. Jekk avukat jiżbalja hemm l-Kamra tal-Avukati u jista’ jiġi dixxiplinat inkluż jieħdulu l-warrant. Jekk perit jiżbalja, hemm il-Kamra tal-Periti. Iżda jekk ġurnalist jiżbalja x’jiġri? Jekk iħammġek għal għomrok jew ikissirlek in-negozju b’xi gidba jew ikissirlek ħajtek b’xi storja malizzjuza x jiġri? […]
Illum, il-Ħadd 25 ta’ Awwissu għalqu n-nominazzjonijiet għall-karigi ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit u karigi fl-Amministrazzjoni u fl-Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista rċeviet in-nomina ta’ Dr. Ian Borg. Għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista rċeviet in-nomina ta’ Dr. […]
The Times għamlu kutrumbajsi kbar biex jgħattu t-tgħaffiġa li għamlu l-bieraħ fil-qorti il-konsulenti ta’ PWC. Dawn kienu n-nies li ħejjew l-offerta li biha Vitals rebħu t-tender tal-isptarijiet. Iżda l-mod kif xehdu ppruvaw jagħtu l-impressjoni li kienu biss qed jagħmlu l-kafe lil Vitals. Dawn wara komplew bħala konsulenti ta’ Steward u tħallsu miljuni. Il-konsulenti […]