Sur Kap tal-Oppożizzjoni, Għax qisek dan l-aħħar qed terfa’ rasek. Però tgħaġġel xejn għax il-Labour mhux se jagħti walk over. Din ibqa’ ftakarha. Issa għandi mistoqsija għalik. Min jaf li kieku dawk id-deputati tal-PN li ma jidħlux għax-xogħol ikollhom iħallsu l-paga lura, kemm ikollhom iħallsu?
F’diskors mill-aktar l-partiġġjan fl-okkażjoni tal-inawgurarazzjoni tas-sede tal-Fondazione Falcone, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono tagħni x’nifhem li l-imsemmi diskors kien ippreparat b’ koordinazzjoni mal-għaqda Repubblika. Għaqda li dan is-sit elettroniku rnexxielu jikxef il-limitazzjonijiet tagħha. Għaqda iżgħar minn każin tal-banda tar-raħal. Għaliex qed ngħid dan? L-Eċċellenza Tagħha appellat sabiex tidħol fis-seħħ l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta Daphne […]
Marlene Bonnici qed tigi nominata sabiex tkun l-Ambaxxatur bilaterali ta’ Malta fil-Ġermanja. Kapitali importanti iżjed u iżjed fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea. Ambaxxatur li titkellem il-lingwa, familjari mas-sistema politka u apprezzata mill-Gvern Malti. Vanni Xuereb ser ikun qed jiġi nominat għal Ambaxxatur bilaterali fil-Belgium, post li sal-lum jinsab okkupat minn Clint Tanti. Tanti huwa […]