Jidher li ġie deċiż mill-Kriminali Ewropej li l-inizjattiva “Rearm Eu” issa se tibda tissejjaħ “Readiness 2030”. Bħallikieku xi ħaġa se tinbidel. Bħallikieku mhux se tibqa’ inizzjattiva li sservi ta’ preparazzjoni għal gwerra. Bħallikieku t-800 biljun Ewro li se jkollna nħallsu minn demmna ma jibqgħux l-istess. Flus li jistgħu faċilment jintefqu fuq setturi […]
Waqt seduta oħra relatata mal-bejgħ tal-Isptarijet, l-Imħallef stqarret li ż-żewġ esperti li intalbu biex jixdhu,dwarhom il-Qorti għandha biss l-email address, u ieħor għandhom biss ‘physical address’. Ħallasnihom €11 miljun u ma nafux fejn joqgħodu.
Attentat mill-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea biex jissiġillaw 5 biljun ewro fi provvisti ta’ munizzjon lill-Ukrajna matul din is-sena twaqqaf minn Franza u l-Italja, f’sinjal ieħor tal-problemi li l-blokk qed jiffaċċja meta jipprova jissostitwixxi l-appoġġ imnaqqas tal-Istati Uniti lejn Kyiv. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tas-27 stat membru li ltaqgħu fi Brussell il-Ħamis appoġġaw ir-rilaxx ta’ […]