Kawża differita għas- 27 ta’ Diċembru 2024. Xehed ukoll Anthony Cachia, ex direttur ġenerali tad-dipartiment tal-kuntratti. Il-prosekuzzjoni titlob lix-xhud jispjega d-differenza bejn kuntratt normali u Public Private Partnership. Cachia jispjega li kuntratt normali huwa ftehim biex jingħata servizz filwaqt li PPP tinvolvi riskju għas-settur privat u l-ħlas tagħhom jiddependi fuq it-twassil […]
Jiddispjacini nara s-Soċjalisti Ewropej daqshekk mitlufa. Pożi u paroli li mhux se jaċċettaw li l-Kummissarju Taljan bħala Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea. Qalu ukoll li mhux se jaċċettaw lil Kummissarju ta’ Orban. Fl-aħħar belgħu kliemhom. Għamlux tajjeb jew ħażin jaraw huma. Li ngħid biss li waqgħu għaċ-ċajt.
Erġajt ġejt neżerċita d-dritt tal-libertà tal-espressjoni fuq l-monument tal-Assedju fil-kampanja tiegħi u tagħkom biex dan il-monument nazzjonali jerġa’ jsir tagħna lkoll. Skond is-sentenza tal-Imħallef Zammit Mckeon, jekk il-klikka ta’ Daphne għandhom dritt ipoġġu placards fuq il-monument, mela jien għandi l-istess dritt u kulħadd għandu dritt. Kif wegħdtkom, se nippersisti. Jeħduhom? Nerġa’ niġi npoġġi […]