Dr Peter Fenech huwa l-President tal-Kamra tal-Avukati. Id-dover ewlieni tiegħu lejn il-Kamra huwa dak li jipproteġi u jħares l-interessi tal-kollegi tiegħu l-avukati. Tajjeb li ngħidu li Dr. Peter Fenech jifforma parti mill-‘Judicial Appointments Committee’, dak il-kumitat li quddiemu jidhru avukati kandidati għal ħatra ta’ Maġistrati. Għandi xi mistoqsijiet għal Peter Fenech. […]
Illum stess il-Gvern għandu jitlob ir-riżenja tal-Ombudsman Joe Zammit Mckeon. Mhux għada, ILLUM. Kif spjegajna dan jidher li PPARTEĊIPA fl-għażla tal-Maġistrati meta waħda mill-applikanti kienet segretarja min tiegħu. Dan il-pajjiż qatt ma ra kunflitt ta’ interess daqsekk kbir u ikrah. Vera kulħadd jitħanżer. Il-Gvern għandu jagħmel ħaġa oħra wkoll. Għandu […]
L-Art. 96A tal-Kostituzzjoni tagħna jpoġġi lill-Ombudsman bħala wieħed minn seba’ membri sabiex jirrakomandaw Avukati lill-President ta’ Malta għall-bank tal-ġudikatura. L-Avukati li japplikaw jagħmlu dan ferm qabel ma jkollhom l-intervista quddiem dan il-Kumitat. Għalhekk Zamnit McKeon kien jaf ferm qabel min applika u li kien hemm Avukatessa li taħdem miegħu. Għaldaqstant, dak li […]