Search
Close this search box.

Il-każ ta’ Daniel Meli

Admin

~ 3 months ago

Il-każ ta’ Daniel Meli

Matul l-aħħar jiem, kienu bosta ‘news portals’ li tkellmu dwar il-każ ta’ Daniel Meli. Saħansitra taw spazju għal intervisti mal-ġenituri ta’ Daniel. Ġest li kull familja apprezzat.

 

Fatt stramb kif sa issa il-Partit Nazzjonalista ma nstab imkien dwar dan il-każ. Żgur mhux għaliex ma jridx jindaħal jew jinfluwenza b’xi mod lill-Qrati tal-Ġustizzja. Kulħadd jaf kif il-PN aġixxa jew għadu jaġixxi dwar każijiet diversi, fosthom dawk ta’ natura politika.

 

Komplejt nidħol fil-fond, u waqt riċerka li qed nagħmel skoprejt fatt interessanti ħafna.

 

Fl-2006 ġie iffirmat trattat bejn il-Gvern Malti u dak Amerikan. Dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern.

 

Jidher iswed fuq l-abjad li fin-negozjati, il-Gvern Nazzjonalista ma kienx insista li f’każ ta’ estradizzjoni jista’ jkun hemm oġġezzjoni abbażi ta’ nazzjonalità.

 

Qed nikkwota silta minn dan it-trattat:
“A Party shall not refuse extradition based solely on the nationality of the person sought with respect to offenses falling within the following descriptions:

 

1. participation in a criminal organization;
2. terrorism;
3. trafficking in persons;
4. sexual exploitation of children and child pornography;
5. illicit trafficking in narcotic drugs and psychotropic substances;
6. illicit trafficking in weapons, munitions and explosives;
7. corruption;
8. fraud;
9. laundering of proceeds of crime;
10. counterfeiting currency;
11. computer-related crime:”

 

Dan kollu jikkomferma għaliex il-Partit Nazzjonalista baqa’ fommu sieket u lanqas ipprova jirkeb fuq il-karru bħal ma jħobb jagħmel fuq każijiet simili.

 

Share this:

Picture of Admin

Admin

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *