Search
Close this search box.

X’sanzjonijiet hemm għall-ġurnalisti li jabbużaw?

Neville Gafa

~ 4 months ago

X’sanzjonijiet hemm għall-ġurnalisti li jabbużaw?

Il-bieraħ rajna kif l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna lill-eks Ministru Chris Cardona għall-kummenti tiegħu dwar ir-rappurtaġġ minn ċertu ġurnalisti relatat max-xhieda li ta’ jiem ilu.

 

Il-loġika titlob l-IĠM kellu jinvestiga minnufih lil dawk il-ġurnalisti responsabbli mir-rappurtaġġ u jivverifika jekk dak li ġie rrapportat minnhom hux korrett u skont dak li xehed Cardona. Però minn dan kollu jidher li ma sar xejn.

 

Ir-rwol tal-Istitut tal-Ġurnalisti huwa fost l-oħrajn wieħed dixxiplinarju. Ifisser li dawk il-ġurnalisti li jinstabu li b’xi mod jew ieħor naqsu fil-qadi ta dmirijiethom, jiġu dixxiplinati.

 

Nistaqsi lill-IĠM;

 

  • Se tinfetaħ investigazzjoni relatata ma dawk il-ġurnalisti responsabbli mill-imsemmi rappurtaġġ?
  • U jekk dawn żbaljaw, x’ser jiġri?
  • X’sanzjonijiet hemm għall-ġurnalisti li jabbużaw?

 

Nistennew tweġibiet mingħand dawn li jriduha ta’ paladini tal-korrettezza.

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *