Search
Close this search box.

Wasal iż-Żmien li Jogħla l-Ammont tal-Libelli?

Neville Gafa

~ 4 months ago

Wasal iż-Żmien li Jogħla l-Ammont tal-Libelli?

Fil-jiem li għaddew spjegajt kif diversi professjonisti jiġu dixxiplinati meta jiżbaljaw.

 

Iżda mhux hekk nistgħu ngħidu fil-konfront tal-ġurnalisti.

 

Fil-Qorti l-ġimgħa l-oħra assistejna għal-rappurtaġġ li fi kliem xhud prinċipali kien skorrett. Minn-naħa tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ħareġ jikkundanna lix-xhud dwar kummenti li kiteb fil-konfront tal-ġurnalisti, iżda sakemm qed nikteb dan l-artiklu għadu ma ħabbarx li qed jinvestiga jew ser jinvestiga lil dawk il-ġurnalisti responsabbli mir-rappurtaġġ u jivverifika jekk dak li ġie rrapportat minnhom hux korrett u skont dak li xehed wieħed mix-xhieda.

 

Nistaqsi lill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin;

 

Qed tieħdu in konsiderazzjoni li rappurtaġġ skorrett jista’ jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-persuna?

 

Qed tieħdu in konsiderazzjoni li rappurtaġġ skorrett jista’ jippreġudika l-każ?

 

F’każ li l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jinvestiga u jistabbilixxi li r-rapportaġġ kien skorrett, il-ġurnalisti se jintalbu jagħmlu apoloġija lix-xhud?

 

Se jintalbu jippubblikaw kjarifika għas-sodisfazzjon tal-individwu?

 

X’miżuri dixxiplinarji jistgħu jittieħdu?

 

 

 

Madankollu, oltre minn hekk, nemmen li huwa fl-obbligu tal-Istat Malti li jassigura illi l-poplu jkun protett minn ġurnalisti li jridu jabbużaw.

 

Meta wieħed jikkunsidra l-ammont tal-libelli ma  jeċċedix il-11,646.87 Ewro, allura wieħed jasal fil-konklużjoni din mhux libertà tal-espressjoni iżda liġi tal-ġungla.

 

Din ir-realtà twassal għal mistoqsijiet elementari;

 

Meta kien l-aħħar li giet emendata din l-liġi?

 

Wasal iż-żmien li jogħla l-ammont ridikolu tal-libelli?

 

Għal lum nieqaf hawn.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *