Qed jgħorkuni għajnejja dwar il-laqgħa straordinarja (jew speċjali kif sejħulha huma) ta’ Repubblika li nżammet il-bieraħ il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru 2024.
Aktar qabel għamilt xi mistoqsijiet, iżda aktar ma taħseb dwarha, aktar iqumu mistoqsijiet;
Tistgħu tippubblikaw ritratt tas-sala?
Il-Media kienet mistiedna għall-laqgħa?
Jekk le, fejnha t-trasparenza?
Tistgħu tippubblikaw l-Aġenda tal-laqgħa?
X’kienu l-items fuq l-Aġenda?
Nippretendi li fost l-items kellu jkun hemm;
1. Qari u Approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar laqgħa
2. Rendikont ta ħidma
3. Rapport Finanzjarju
F’ġieħ it-trasparenza li tant tajtu bihom, għamlu kuraġġ u wieġbu u pprovdu dak mitlub hawn fuq.