Search
Close this search box.

Messaġġ ta’ Matthew Chetcuti

Neville Gafa

~ 3 months ago

Messaġġ ta’ Matthew Chetcuti

Għażiż/a Delegat/a,

 

Min ta’ eta żgħira ħafna kelli għall-qalbi is-soċjeta’ Maltija u l-interess li ngħin lin-nies kemm nista’.

 

Nemmen li dan kompla jissaħaħ anke minħabba li dak iż-żmien kien ikolli bżonn ħafna għajnuna relatata mad-diżabilita’ tiegħi. Min dejjem xtaqt inpatti lura billi nghin lin-nies kemm nista’.

 

L-attiviżmu tal-familja tiegħi wassalni biex nifhem li dan il-Partit dejjem kien l-unika Partit li joffri ġustizzja soċjali. Meta F’Dicembru 2012 tħalt l-ewwel darba fiċ- Ċentru Laburista staqsejt xi ikollok bżonn sabiex tkun tista’ tgħin lil-partit.

 

Qaluli li kull persuna li għandu għal-qalbu l-Partit Laburista jista’ jkun attivist basta iżomm f’ moħħok li l-interess tal-Partit u tan-nies irid jkun qabel l-interess personali.

 

Din kienet ir-raġuni li xprunatni sabiex inkun attiv fiż-żagħżagħ Laburisti, fl-Ideat u l-kumitat Laburista tar-Rabat għall dawn l-ahhar 12 il-sena. Din is-sena bdejt ukoll it-tieni terminu tiegħi bħala Vici Sindku ġewwa l-lokalita’.

 

B’umilta’ inħoss li f’dan iż-żmien ta’ tiġdid fil- Partit tagħna għandi inkompli nagħti s’hemmi u inħoss lil-pass naturali li jmiss huwa li nkompli inservi lilkhom id-delegati kif ukoll lil familja laburista fl-Eżekuttiv Nazzjonali.

 

B’hekk qed nitlob il-fiduċja tiegħek sabiex tislifni l-opportunita li inservi fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista bħala wieħed min 12-il membru ordinarju fi ħdan l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.

 

Jekk jogħġbok tagħtini dan il-privileġġ li nservi fl-Eżekkuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista inwegħdek nagħti s’hemi b’umita’ u determinazzjoni sabiex inkomplu insaħħu dan il-partit li tant għadna għall-
qalbna.

 

Matthew Chetcuti
Kandidat għall-Eżekuttiv Nazzjonali
Partit Laburista
79040991 | matthew.chetcuti@gmail.com

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *