L-MP Stephen Spiteri ħa sehem fil-briedel?

Neville Gafa

~ 6 months ago

L-MP Stephen Spiteri ħa sehem fil-briedel?

Sur Kap tal-Oppożizzjoni,

 

Il-bieraħ staqsejtek dwar dak li qed jiġi allegat li Membru Parlamentari Nazzjonalista kien wieħed minn bosta persuni li attenda briedel. Saħansitra fl-istess briedel qed ikun allegat li anke intużat droga.

 

Dr. Grech, jien infurmat li int taf min hu dan il-Membru Parlamentari, iżda bqajt sieket.

 

Kemn int kif ukoll Il-Media Indipendenti rajtu kif għamiltu biex toqtlu l-aħbar.

 

Omerta’ assoluta.

 

Il-bieraħ għamiltlek għadd ta’ mistoqsijiet, però bqajt fommok sieket qisu qatt ma kien xejn.

 

Mela ħalli nagħmillek il-ħajja aktar faċli. Se nistaqsik mistoqsija oħra f’isem dawk l-eluf ta’ Nazzjonalisti li għandhom dritt li jkunu jafu l-verità ħalli jserrħu rashom.

 

 

Huwa minnu li l-Onor. Stephen Spiteri huwa dak il-Membru Parlamentari Nazzjonalista li ħa sehem f’dawn il-briedel ta’ sess u droga?

 

Issa kun responsabbli u jekk mhux għal ħadd, għallinqas uri rispett lejn in-Nazzjonalisti u wieġeb illum qabel għada.

 

Anzi, mhux hekk biss. Ftakar fil-kariga Kostituzzjonali li ġġorr ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. Għamel dmirek u ddumx, inkella warrab minnufih. 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. Rita Falzon Gouder September 9, 2024

    Basta jilghabuha Tal vergni U martri

    Reply
  2. Pizu September 10, 2024

    Minn dejjem kien hemm naqa diceriji li jhobbha l coka bhal casa allura ma nohodiex bi kbira ,

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *