One News taħt il-kontroll ta’ Kastilja

Neville Gafa

~ 6 months ago

One News taħt il-kontroll ta’ Kastilja

Grazzi għal gazzetta il-mument’  il-bieraħ sirna nafu mill-liema tensjoni għaddejjin minnha l- Kummissarju Ewropew Helena Dalli u l-familja tagħha.

 

Il-gazzetta ‘il-mument’ ippublikat ritratti juru persuna tpoġġi vażett bil-ħaxixa fuq l-għatba tar-residenza ta’ Helena Dalli.

 

Agħar minn hekk, il-familja Dalli sabet nota li tgħid “darb’oħra nkun ippreparat b’xi ħaġa għat-tfal”.

 

Mhux se nidħol fil-mertu tal-każ. Jien minix l-investigatur u hemm investigazzjoni għaddejja.

 

Però ma nistax ma nikkumentax dwar in-nuqqas ta’ appoġġ li l-familja Dalli ingħatat mill-Partit Laburista u l-ogħla uffiċċjali tiegħu.

 

Ma nistax ma nurix ir-rabja tiegħi għan-nuqqas ta’ rapportaġġ mill-media tal-Partit Laburista.

 

Se nistaqsi dirett bħal ma dejjem nagħmel;

 

Huwa minnu li ingħataw struzzjonijiet minn Kastilja lit-tmexxija ta’ One News sabiex ma ssirx referenza għal dan il-każ?

 

X’kienet ir-raġuni vera wara dawn l-istruzzjonijiet?

 

Għaliex dawn l-azzjonijiet ħżiena minn esponenti tal-Partit u tal-Gvern Laburista fil-konfront tal-familja Dalli?

 

Għalissa nieqaf hawn.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *