Mark Camilleri huwa wieħed minn dawk f’pajjiżna li jipprattika terroriżmu psikoloġiku. Anzi ħa nikkoregi ruħi; minn barra xtutna għax “ħarab”.
Jagħmel dan fuq kull min ma jagħtiħx importanza.
Jagħmel dan ma kull min ma jagħtiħx wiċċ jew ma jaqbilx miegħu.
Juża terroriżmu psikoloġiku kontra min jirreżisti l-aġenda tiegħu.
Juża terroriżmu psikoloġiku kontra kull min jirreżisti li jiffinanzjah bħala kumpens talli ma jattakkax il-ħajja privata tiegħu, in-negozju tiegħu, jew politikament.
Dan huwa l-wiċċ veru ta’ Mark Camilleri.
Terrorist psikoloġiku.
Persuna li tiftaħar bit-terrur li wettqet fil-konfront ta’ mara mbierka bi tqala. Litteralment żvoga l-odju u l-ħdura li hu mżejjen bihom fuq mara tqila. Azzjoni li setgħet waslet sabiex titlef it-tqala. Azzjoni li setgħet waslet l-istess vittma tiegħu twettaq suwiċidju.
Qed nirreferi għall-Onorevoli Rosianne Cutajar.
Sa ftit sigħat ilu, it-terrorist psikoloġiku Mark Camilleri saħansitra ftaħar li kien dam sena biex irnexxielu jippublika messaġġi personali ta’ Rosianne Cutajar.
Se nerġa ntenni, jien qatt ma kelli konoxxenza tal-mibki Karl Gouder. Qatt ma ltqajna, qatt ma tkellimna, qatt ma kien hemm skambju ta’ messaġġi, emails jew telefonati.
Tistgħu iddumu tiktbu u tirremettu snin. Niflaħ għalikom.
Min qed disprament jiddevja l-attenzjoni fuqi qed jagħmel dan biex itellef jew jiżvija l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal- Maġistratura. Hekk taħdem il-Mafja.
Dak li ktibt jien pubblikament f’artiklu hu mnebbaħ politikament. Argument ibbażat fuq fatti u li jafhom kulħadd. Dak it-terroriżmu li twettaq fuq Karl Gouder minn terroristi f’pajjiżna sar fi skiet u bil-moħbi.
Dak huwa r-reat. Mela l-artiklu tiegħi dwar co-options?
Nemmen li fis-sigħat li ġejjin il-poplu se jkun jaf min x’hiex għadda jew għaddew lill-Karl Gouder.
Dak li wassal lil Karl jagħmel li għamel huwa terroriżmu u għandu jieqaf darba għal dejjem. Dawk li wasslu lil Karl jagħmel li għamel huma terroristi.
Tibqgħux tikkundannaw il-Mafja meta intom stess tipprattikaw azzjonijiet mafjużi. Intom organiżżazzjoni mafjuża wkoll.
Nerġa inwassal il-Kondoljanzi lill-familja Gouder. Jistrieħ fis-Sliem.