Search
Close this search box.

102 familji jgawdu minn proġett ta’ riġenerazzjoni fil-Fgura

Neville Gafa

~ 3 months ago

102 familji jgawdu minn proġett ta’ riġenerazzjoni fil-Fgura

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura proġett ta’ riġenerazzjoni li sar ġewwa l-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Fgura. ​​

 

Dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni sar b’investiment ta’ madwar €820,000 u kien jikkonsisti fost l-oħrajn fit-tisbiħ tal-faċċati tal-blokok tal-akkomodazzjoni soċjali, fit-tisbiħ tal-partijiet komuni u rinovar tal-bjut.

 

 

Ix-xogħol ta’ riġenerazzjoni sar fuq 17-il blokka fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Fgura, li minnu bbenefikaw 102 familji. Il-Ministru Galdes spjega kif il-Gvern qiegħed jinvesti f’dawn il-proġetti ta’ riġenerazzjoni fil-qalba tal-komunitajiet tagħna, sabiex jiżgura li r-residenti u l-benefiċċjarji tal-akkomodazzjoni soċjali jgawdu minn ambjent nadif u ta’ kwalità għolja.

 

“Dan l-investiment mhux biss ikun qiegħed jara li l-assi tal-Gvern jiġu preservati bl-aħjar mod possibbli, sabiex jibqgħu jgawdu minnhom iżjed benefiċċjarji, iżda wkoll qiegħed jgħolli l-kwalità tal-ħajja ta’ dawk kollha li joqogħdu f’dawn in-naħat,” sostna l-Ministru.

 

Il-Ministru Galdes stqarr li l-Awtorità tad-Djar qiegħda twettaq ħidma ta’ riġenerazzjoni fl-oqsma tal-akkomodazzjoni soċjali f’diversi lokalitajiet f’pajjiżna “sabiex niżguraw li nolqtu numru sostanzjali ta’ familji li grazzi għal din ir-riġenerazzjoni llum jistgħu wkoll igawdu minn ambjent rinovat, li mhux biss jagħti dehra ġdida, iżda wkoll jagħmel differenza fil-ħajja ta’ kuljum tar-residenti tagħna.”

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *