Search
Close this search box.

Jiżdied l-infurzar mid-DIER fuq l-aġenziji tax-xogħol li jġibu ħaddiema barranin

Neville Gafa

~ 1 day ago

Jiżdied l-infurzar mid-DIER fuq l-aġenziji tax-xogħol li jġibu ħaddiema barranin

Matul dawn l-aħħar xhur, id-Dipartiment għall-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) żied l-infurzar f’dak li jirrigwardja aġenziji tax-xogħol li jġibu ħaddiema barranin. Mill-infurzar li sar irriżulta li 30 kumpanija kienu qed joperaw mingħajr ma kienu konformi mal-liġi.

 

Iktar minn 80% ta’ dawn il-kumpaniji, li ngħataw żmienlimitat biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom, ġew konformi mal-liġi fiż-żmien konċess lilhom.

 

Filwaqt li se jkunu qed jittieħdu passi legali kontra dawk il-kumpaniji li ma rregolarizzawx il-pożizzjoni tagħhom skont kif inhu stipulat fil-liġi.

 

Dan tħabbar waqt laqgħa ta’ taħriġ u informazzjoni, li preżenti għaliha kien hemm is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul.

 

Waqt il-laqgħa, id-Direttur Ġenerali tad-DIER, Diane Vella Muscat, tat ħarsa wkoll lejn il-ħidma mwettqa mid-Dipartiment. 

 

Hija spjegat li matul din is-sena d-DIER ressaq 55 każ quddiem il-Qorti, u fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-Dipartiment ġabar miljun u sebgħa u tletin elf ewro mingħand min iħaddem, fejn dawn il-fondi mbagħad jgħaddu għand dawk il-ħaddiema li lilhom ikunu dovuti f’pagi, overtime u bonuses statutorji.

 

Waqt din il-laqgħa ta’ taħriġ u informazzjoni, li ġabet flimkien l-imsieħba soċjali, kemm unions u dawk li jirrappreżentaw lil min iħaddem, uffiċjali tad-DIER, u numru ta’ aġenziji tax-xogħol, ġiet diskussa t-triq ’il quddiem biex mhux biss id-dinja tax-xogħol f’pajjiżna tibqa’ b’saħħitha, iżda tiżviluppa b’mod sostenibbli.

 

L-imsieħba soċjali u l-operaturi rrikonoxxew il-ħidma tad-DIER u li kif bis-saħħa ta’ dawn ir-regolamenti issa jeżisti ‘level playing field’ bejn l-operaturi, anke permezz tal-infurzar li qiegħed isir.

 

Is-Segretarju Parlamentari Ellul innota b’sodisfazzjon li kemm l-imsieħba soċjali, kif ukoll dawk li jaħdmu fis-settur huma sodisfatti bir-regolamenti li bdew jiġu infurzati minn Ġunju li għadda, u li bis-saħħa tagħhom dawnqed jaħdmu f’qafas regolatorju serju.

 

“Ninnota wkoll b’sodisfazzjon li kulħadd huwa impenjat biex it-triq ’il quddiem tkun dik li nkomplu naħdmu fuqil-kwalità tax-xogħlijiet f’pajjiżna. Impenjati li l-ħaddiema dejjem inżommuhom fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna u fil-qofol tas-suċċess ekonomiku li pajjiżna għandu,” saħaq is-Segretarju Parlamentari Ellul, filwaqt li tenna li se tkompli l-ħidma biex jiġu attirati xogħlijiet ta’ kwalità, li jġibu valur miżjud għal pajjiżna.

 

“Irridu nibqgħu nassiguraw li dawn ix-xogħlijiet mhux biss iġibu magħhom valur miżjud għal min iħaddem b’żieda fil-produttività imma li, fl-aħħar mill-aħħar, nassiguraw li dawn ix-xogħlijiet jattiraw pagi aħjar u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, biex f’pajjiżna, il-ġustizzja soċjali tibqa’ fuq nett tal-aġenda sabiex ħadd ma jaqa’ lura u kulħadd jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.

 

Dan jgħin ukoll biex inkomplu noħolqu bilanċ bejn id-dinja tax-xogħol u l-ħajja privata,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *