L-Onor. Alex Borg wieġeb għall-mistoqsijiet li għamiltlu.
Din kienet it-tweġiba tiegħu;
Sirt naf li s-Sur Gafa’ mar minn skrivan l-Airmalta għal espert fir-relazzjonijiet dubjużi fil-Libja, għal impjegat fl-FMS, għal apoloġista ta’ Gvernijiet korrotti lokali u internazzjonali u issa mill-aħħar job description jidher li hu ġurnalist investigattiv.
Bniedem b’ħafna “talenti”.
Bagħat dawn is-set mistoqsijiet biex mingħalih iħammarli wiċċi u li jien ma għandiex problema nirrispondi.
1. Tikkonferma li mhux l-ewwel darba li tħalli l-vettura tiegħek f’post mhux awtorizzat għal parkeġġ fi Pjazza San Franġisk?
“Iva u bħal kull ċittadin ieħor għal kull kontravenzjoni tat-traffiku li rċivejt ħallastha bla tlaqliq.”
2. Huwa minnu li int tagħti l-arja lil ħaddieħor biex jipparkjaw il-vetturi tagħhom maġenb il-vettura tiegħek, f’post mhux awtorizzat għal parkeġġ fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex?
“Le mhux minnu Sur Gafà.”
3. Tikkonferma li tagħmel dan vilment f’wiċċ il-Pulizija?
“Ma nikkonfermax le. Qatt m’għamiltha u mhiniex beħsiebni nagħmilha.”
Jekk dan hu l-livell li biħsiebhom jippruvaw b’xi mod ifixklu l-ħidma tiegħi sejrin żball bil-kbir.
Il-membri tal-korp tal-pulizija jafu fejn huma miegħi u proprju għax jafu fejn huma miegħi nifhem minn xiex inhuma għaddejjin u għalhekk huma isemmuli t-tħassib tagħhom.
Żgur din il-witchhunt fuq infrazzjoni ta’ parkeġġ li qiegħed jipprova ikewwes is-Sur Gafà mhijiex espressjoni ta’ disrispett la lejn l-pulizija la lejn uffiċjali oħra li jżommu l-ordni tat-traffiku.
Next one Sur Gafà.”
Fl-artiklu li jmiss inkompli nitkellem dwar il-“KING” ta’ Pjazza San Franġisk