Search
Close this search box.

Iwieġeb il-“KING” ta’ Pjazza San Franġisk

Neville Gafa

~ 3 months ago

Iwieġeb il-“KING” ta’ Pjazza San Franġisk

L-Onor. Alex Borg wieġeb għall-mistoqsijiet li għamiltlu.

 

Din kienet it-tweġiba tiegħu;

 

Sirt naf li s-Sur Gafa’ mar minn skrivan l-Airmalta għal espert fir-relazzjonijiet dubjużi fil-Libja,  għal impjegat fl-FMS, għal apoloġista ta’ Gvernijiet korrotti lokali u internazzjonali u issa mill-aħħar job description jidher li hu ġurnalist investigattiv.

 

Bniedem b’ħafna “talenti”.

 

Bagħat dawn is-set mistoqsijiet biex mingħalih  iħammarli wiċċi u li jien ma għandiex problema nirrispondi.

 

1. Tikkonferma li mhux l-ewwel darba li tħalli l-vettura tiegħek f’post mhux awtorizzat għal parkeġġ fi Pjazza San Franġisk?

Iva u bħal kull ċittadin ieħor għal kull kontravenzjoni tat-traffiku li rċivejt ħallastha bla tlaqliq.”

 

 

2. Huwa minnu li int tagħti l-arja lil ħaddieħor biex jipparkjaw il-vetturi tagħhom maġenb il-vettura tiegħek, f’post mhux awtorizzat għal parkeġġ fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex?

Le mhux minnu Sur Gafà.”

 

 

3. Tikkonferma li tagħmel dan vilment f’wiċċ il-Pulizija?

“Ma nikkonfermax le. Qatt m’għamiltha u mhiniex beħsiebni nagħmilha.”

 

Jekk dan hu l-livell li biħsiebhom jippruvaw b’xi mod ifixklu l-ħidma tiegħi sejrin żball bil-kbir.

 

Il-membri tal-korp tal-pulizija jafu fejn huma miegħi u proprju għax jafu fejn huma miegħi nifhem minn xiex inhuma għaddejjin u għalhekk huma isemmuli t-tħassib tagħhom.

 

Żgur din il-witchhunt fuq infrazzjoni ta’ parkeġġ li qiegħed jipprova ikewwes is-Sur Gafà mhijiex espressjoni ta’ disrispett la lejn l-pulizija la lejn uffiċjali oħra li jżommu l-ordni tat-traffiku.

 

Next one Sur Gafà.”

 

Fl-artiklu li jmiss inkompli nitkellem dwar il-“KING” ta’ Pjazza San Franġisk

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *