Search
Close this search box.

Rappurtaġġ li jaħbi l-verità tal-fatti

Neville Gafa

~ 3 months ago

Rappurtaġġ li jaħbi l-verità tal-fatti

Meta kompliet tinstema l-kawża dwar il-konċessjoni tal-ispta­rijiet, Mario Galea, l-eks Kap Ezekuttiv tal-Mal­ta Enterprise tkellem dwar l-iskola medika ta’ Barts li bdiet topera f’Għawdex wara l-2013.

 

Is-Sur Galea stqarr li n-negozjati biex jinġieb dan l-investiment damu għaddejjin sentejn. Kompla jgħid li permezz ta’ Barts illum hemm 300 student minn madwar id-dinja jistudjaw u jaħdmu f’Għawdex u kull sena jiggradwaw 40 tabib.

 

Iżda oħroġ ‘il għaġeb, kemm The Times kif ukoll Malta Today ma rrapurtawx din il-parti tax-xhieda. Ovvjament, dan it-tagħrif hekk pożittiv għal pajjiżna, b’mod partikolari għal Għawdex, ma daqqx għal widnejhom.

 

Din hija parti minn strateġija li ilha għaddejja snin bil-għan li jnessu dan il-proġett hekk importanti għal gżira Għawdxija.

 

 

Ta’ min ifakkar li f’Novembru 2019 kien ġie inawgurat il-kampus tal-Queen Mary University of London, magħrufa aħjar bħala l-iskola medika ta’ Barts ħdejn l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’investiment ta’ €35 miljun.

 

Din l-istituzzjoni fil-gżira Għawdxija tista’ titqies bħala mhux biss l-aqwa waħda fil-gżejjer Maltin iżda fil-Mediterran.

 

Dan kien l-aqwa investiment waħdieni ta’ kull żmien fl-edukazzjoni medika f’pajjiżna, u Gvern Laburista għażel li isir propju f’Għawdex.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Brian Gatt September 25, 2024

    Ma stajtx tpoġġija aħjar Neville, il-kanna hi li dawn is-suppost media houses indipendenti (li fil-fatt kullħadd jaf li ma huma indipendenti xejn) jirrappurtaw biss b’ tali mod li Malta ul-Gvern Laburista jidhru koroħ!!!!

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *