Search
Close this search box.

Live mill-Qorti. Tkompli x-xhieda ta’ Sam Sittlington

Neville Gafa

~ 2 months ago

Live mill-Qorti. Tkompli x-xhieda ta’ Sam Sittlington

 

 

Aktar qabel;

 

Ġie mistoqsi dwar l-episodju fejn ipprova jippromwovi u jbiegħ is-servizzi tiegħu sabiex jagħti servizzi lill-Korp tal-Pulizija.

 

Hu qal li kien il-Kummissarju Gafa’ li avviċinah u talbu sabiex joffri training lill-pulizija.

 

Sostna li ma kienx ta quotation lill-Pulizija.

 

Il-Qorti fakkret lix-xhud li qiegħed jixhed taħt ġurament.

Meta mistoqsi meta tħallas, hu qal li l-aħħar li ġie mħallas kien f’Mejju li għadda.

Tintemm ix-xhieda ta’ Dr. Sam Sittlington.

 

Aktar qabel;

 

Jerġa jintalab jidħol ix-xhud sabiex titkompla x-xhieda.

 

Jinbeda il-kontro eżami. Dr. Debono jistaqsi f’liema stadju irrealizza li hemm dokumenti nieqsa. Ix-xhud ikkonferma li kienet il-Maġistrat li ġibditlu l-attenzjoni.

 

Dan kien fit-23 ta’ Mejju li għadda, u li jfisser li l-Maġistrat ikkonkludiet l-inkjesta mingħajr ma kellha d-dokumenti kollha. 

 

Meta intalab jikkonferma jagħrafx parti mir-rapport, Ix-xhud qal li mhux jagħraf din il-parti. Kien hu stess li ffirma r-rapport u rega’ ikkonferma li hu kien responsabbli għal dan ir-rapport.

 

Il-Qorti qaltu li qed tingħatha l-impressjoni li rwol tiegħu kien aktar sabiex jipprepara dak meħtieġ.

 

Dan ifisser Collection of data. Wara jara x’inhu relevanti sabiex jiġi anness fir-rapport.

Minn naħa tiegħu, ix-xhud afferma li kellu rwol importanti.

 

Dr. Debono staqsieh jekk kellux esperjenzi f’każijiet simili, speċifikament f’Malta. Wieġeb fl-affermattiv.

 

 

Aktar qabel;

 

F’dan l-stadju ta’ proċeduri fl-Qorti tqis illi dan il-USB bid-dokumenti għandu jiġi anness.

 

Dr. Franco Debono sostna dan  huwa ksur ċar u gravi għad dritt tal-disclosure. Inoltre jfisser ukoll li meta l-maġistrat ħadet deċiżjoni, minħabba żbalji grossolati tal- espert ġiet mċaħħda minn dokumentazzjoni li tista’ tkun inkwetanti jew oltre tiskolpa xi akkużati minnhom.

 

Id-dritt ta’ disclosure huwa dritt importanti u invista ta dan umilment jistiedni lil qorti sabiex tieħu provedimenti opportuni.

 

 

Aktar qabel;

 

Jerġa jintalab jidħol ix-xhud l-awla. Dan spjega kif kull USB li qed jippreżenta fihom biss dokumenti li ma ġewx sottomessi lill-Maġistrat Gabriella Vella għax skont il-fehma tiegħu għal xi raġuni jew oħra ma kienux ġew uploaded mal-bqija tad-dokumenti sottomessi.

 

Hard copy minnhom hija relatata ma Dr. Joseph Muscat. 

 

Ix-xhud rega’ intalab joħroġ.

 

 

Aktar qabel;

 

Dr. Franco Debono għamel emfasi fuq żewġ każijiet internazzjonali fejn l-imputati instabu ħatja però ingħataw il-ħelsien wara li nstab li ma kienux ingħataw il-full disclosures.

 

Dr. Stafano Filletti qed jopponi li f’dan l-istadju jiġu sottomessi dawn id-dokumenti sta għal proċess huwa magħluq.

 

 

 

 

Aktar qabel;

 

Dr. Sittlington xehed li kien ikun preżenti waqt searches li saru mill-Pulizija.

 

Fuq talba tad-difiża kompla billi ta spjegazzjoni dwar running indexes li ma kienux sottomessi waqt l-inkjesta u li jrid jippreżenta waqt is-seduta tal-lum.

Dawn l-excel sheets qatt ma ġew ippreżentati fl-inkjesta.

Il-Qorti talbitu jikkonferma jekk iż-żewġ dokumenti sottomessi hux l-istess. Talab lill-Qorti tagħtih ħin sas-seduta li jmiss biex ikun jista’ jikkonferma.

Id-difiża ma tistax tifhem kif dokumenti bħal dawn jiġu elenkati f’dan l-istadju.

 

Ix-xhud intalab joħroġ mill-awla.

 

Dr. Franco Debono jistaqsi lill-Qorti x’passi se tkun qed tieħu meta dokumenti bħal dawn ma tressqux quddiem l-inkjesta u għaldaqstant ma kienux għad-dispożizzjoni tal-Maġistrat Inkwirenti. Xhud li jiġi quddiem il-Qorti qisu mhu xejn u jippretendi li jdaħħal dokumenti b’dan il-mod.

 

 

 

 

Aktar qabel;

 

Dr. Sittlington ġie ingaġġat fl-2020 mill-Maġistrat u rwol tiegħu kienet li jagħmel riċerka għall-inkjesta Vitals.

 

Kompla billi ta spjega tal-kwalifiki tiegħu.

 

Dr. Franco Debono għamilha ċara kemm ‘il darba li x-xhud mhux jinftiehem.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *