Search
Close this search box.

Ħallik miċ-ċineg. Għax fadalli aktar x’nistaqsik

Neville Gafa

~ 2 months ago

Ħallik miċ-ċineg. Għax fadalli aktar x’nistaqsik

Illum Manwel Delia ġie jippoppa sidru bir-riformi li qatt ma ħolom bihom meta l-partit tiegħu kien fil-gvern u hu kien ir-‘right hand man ta’ wieħed mill-aktar ministri b’ saħħithom fi żmien Gvern Nazzjonalista.

 

Kieku jemmen fil-meritokrazija, dan li wiċċu għad għall-kollox, l-ewwel santissima ħaġa lanqas jidher fil-pubbliku aħseb u ara kemn jiġi jgħid lil pajjiż x’għandu jagħmel‼️

 

Imma dan is-sit elettroniku filwaqt li fuq riformi mhux se nagħtu kasek, madankollu se nitolbuk xi pariri.

 

FOTO@ANDREASLAMM.DE

 

Eċċellenza Delia,

 

tista’ tagħtina parir dwar dawn jekk jogħġbok:

 

kif tikkontesta elezzjoni ġenerali, ma tinġabarx u ġġib biss erba’ mitt vot?

 

kif iġġib pajjiż jitkellem waħdu fil-qilla ta’ sajf xemx meta għamilt riforma fit-trasport pubbliku u pajjiż sħiħ jidgħilek?

 

kif tirbaħ l-midalja tal-arroganza?

 

Hallik miċ-ċineg. Għax fadalli aktar x’nistaqsik.

 

kif tifqa’ t-triq fejn tgħix fl-Mqabba bl-irwejjaħ ta’ dranagg kif kien qallek kunsillier tal-lokal?

 

kif iddawwar lira tajba minn fuq dahar ġurnalista maqtula billi tikteb il-kotba, tagħmel il-kuntatti, tieħu paga minn Repubblka u tbiegħ s-souvenirs b’tifkira tagħha? Ma tistħix, ja falz kollok?

 

kif tifforma għaqda b’inqas minn elf membru u bil-wiċċ tost kollu tippretendi li tiddetta l-aġenda tal-pajjiż?

 

għidilna kif nagħmlu negozju fiż-Żimbabwe fejn għal xi żmien kont tagħmel negozju int?

 

Issa f’ġieħ Alla u t-trasparenza tista’ tgħidilna fejn taħdem,  u tista’ tgħidilna x’introjtu għandek u biex tgħix? Mhux moħħok x’qed jaħdem dak u l-ieħor? Ja falz kollok.

 

Żgur mhux mill-blog għax ħadd ma jikkalkulak.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *